Xi drabi mqar persuna

12.50

Simone Galea

Year: 2019

Format: Paperback

Language: Maltese

ISBN: 978-99932-7-726-2

In stock

SKU: 978-99932-7-726-2 Category: Tags: , , ,

Description

Bil-poeżija tagħha Simone Galea tirrakkonta ġisimha. Dak li tikteb m’għandux it-ton użat mill-kittieba rġiel li ħafna drabi semma’ innijiet ta’ konkwista u invażjoni. Minflok, huwa ġisem li jweġġa’, li jbati, li jixtieq u jixxennaq, li jisbieħ u jikrieh, li jitqal u jiled, li jimrad, li jfiq, li jissaħħaħ u jiddgħajjef. L-istejjer ta’ dan il-ġisem huma stejjer li jmorru lil hinn mill-ġens tal-kittieba, nieqsa mill-essenzjaliżmu li mdorrijin naraw fil-kitbiet ta’ diversi kittieba rġiel. Huwa ġisem li qatt ma jiġi kkundannat jew mistmerr, anzi, huwa ċċelebrat fil-forom kollha li jieħu u fis-sitwazzjonijiet kollha li jintuża fihom… Huwa l-ġisem li jwassal lil din il-festa femminili fl-apiċi tagħha.

Immanuel Mifsud

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 18 × 14.8 cm
Format

Language

Year

2019

You may also like…